Ritratt antik wassal għal mument ta' riflessjoni ta' Ivan Grech dwar il-valur tal-memorji u ż-żmien li jgħaddi mingħajr ma nintebħu.
F'messaġġ mill-qalb, Ivan qasam ritratt ma' ħuh, il-mibki Alex, u qal kif ritratt għandu l-qawwa li "jqarraq biż-żmien", billi jiffriża mument speċjali li jibqa' jgħix bħala tifkira.
Filwaqt li l-ħajja tkompli timxi 'l quddiem, dawk il-mumenti jibqgħu mnaqqxa fil-memorja ta' min għexhom. Ħu Ivan, Alex miet fl-1987 fl-età ta' 24 sena, u l-messaġġ ifakkar kemm huwa importanti li napprezzaw lin-nies li għandna f'ħajjitna.
Ivan jisħaq li kulma għandna tassew huwa l-preżent u li, minkejja n-niket li nġarrbu, irridu nkomplu mexjin 'il quddiem u nagħmlu l-aħjar użu mill-ħin li għandna.
Insellmu l-memorja ta' ħu Ivan.
Facebook/ Ivan Grech