“Lura Fl-Uffiċċju! Grazzi Mill-Qalb Tal-Messaġġi Sbieħ U Tal-Appoġġ Tagħkom.” – Is-Sindku Scott Camilleri Jirritorna Wara Ż-Żwieġ

Is-Sindku ta’ Birżebbuġa, Scott Camilleri, ħabbar li rritorna lura għall-ħidma tiegħu wara perjodu qasir ta’ mistrieħ wara ż-żwieġ, filwaqt li rringrazzja lir-residenti u lis-segwaċi tiegħu tal-appoġġ u l-messaġġi pożittivi li rċieva matul dan iż-żmien.

F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Camilleri qal li issa wasal iż-żmien biex jerġa’ jiffoka fuq ix-xogħol, hekk kif il-Kunsill Lokali għandu diversi proġetti u inizjattivi importanti li jridu jitwettqu u jitlestew b’suċċess għall-ġid tal-lokalità ta’ Birżebbuġa.



Is-Sindku nnota wkoll li b’kumbinazzjoni, proprju bħal-lum sentejn ilu r-residenti tawh il-fiduċja tagħhom biex iservi bħala Sindku tal-lokalità. Huwa ddeskriva dawn is-sentejn bħala perjodu mimli sfidi, tagħlim u ħidma kontinwa, filwaqt li esprima l-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha li appoġġjawh matul il-mandat tiegħu.



Camilleri temm il-messaġġ tiegħu billi qal li jħares ’il quddiem b’aktar enerġija u determinazzjoni sabiex ikompli jwettaq aktar proġetti u jwassal aktar riżultati għall-komunità ta’ Birżebbuġa.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI