“Logan Kien Wieħed MInn Tagħna. Illum Qed Inħossu Niket Kbir” – Mark Azzopardi

Dalgħodu ħarġet l-aħbar li missier u iben, Gregory u Logan, mietu dan il-lejl wara li dgħajsa laqtet id-dinghy li kienu fuqu. Logan kellu biss 5 snin. Il-preżentatur u għalliem Mark Azzopardi kiteb kelmtejn dwar din it-traġedja.

“Logan kien wieħed minn tagħna. Fl-iskola tagħna, kull tifel u tifla li jidħlu minn dawk il-bibien isiru parti mill-familja tagħna; illum qed inħossu niket kbir – bħal familja waħda – għal Logan u għal missieru, li t-tnejn itteħdulna f’din it-traġedja,” hu kiteb.

“Għalija personalment, dan it-telf iħalli ferita ferm aktar profonda, hekk kif kelli l-privileġġ li nkun ħabib tal-familja għal ħafna snin. Il-kliem jidher insinifikanti f’mumenti bħal dawn. Lil ommu Pam, lil ħuh u lil oħtu, lill-familja u lil dawk kollha li kienu jħobbuhom: qalbna tinsab magħkom. Aħna qegħdin hawn, u se nibqgħu hawn, għal kemm-il darba jkollkom bżonnna. Strieħu fis-sliem, Logan u Gregory.”

Ritratti:

Facebook / Mark Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI