Illum għandu għeluq sninu Sven Camilleri, bin il-preżentatriċi u produttriċi tat-televiżjoni, Joanna Camilleri. Hija kitbitlu messaġġ mill-isbaħ f’dan il-jum speċjali.
FIl-messaġġ sejħitlu "żagħżugħ inkredibbli" u qalet kemm tħossha privileġġata li ssejjaħlu mhux biss binha, iżda wkoll ħabib. Fil-messaġġ tagħha, ħeġġitu jibqa' jemmen fih innifsu, ikompli jiġri wara l-ħolm tiegħu u jilqa' kull opportunità li toffrilu l-ħajja, filwaqt li esprimiet il-fiduċja tagħha li l-isbaħ mumenti tiegħu għadhom ġejjin.
Joanna temmet il-messaġġ tagħha billi awguratlu għeluq sninu t-tajjeb u stqarret li tħobbu aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem. Hija saħqet li dejjem se tibqa' l-akbar sostenitriċi tiegħu u li tinsab ferm kburija bih.
Fl-istess waqt, awguratlu aktar vjaġġi, sport, avventuri, saħħa, imħabba u kuntentizza, hekk kif Sven jagħlaq kapitlu importanti u jidħol f'fażi ġdida ta' ħajtu.
Awguri mill-qalb Sven!
Facebook/ Joanna Camilleri