L-awtur u kompożitur Chan Vella Schembri kiteb messaġġ mill-isbaħ għal martu Alexia, hekk kif illum hi ġurnata speċjali għalihom. Bħal-lum huma taw kelma lil xulxin, propju 18-il sena ilu.
"Għaddew tmintax-il sena u llum qed niċċelebraw l-anniversarju tagħna. Bkejna u dħaqna flimkien, ktibna u ħdimna fuq diversi kanzunetti lokali u oħrajn barranin imma l-aktar importanti nixtieq nirringrazzja lil Alla li ġejt f’ħajti. Inħobbok mara."
Qasam anke żewġ ritratti tagħhom flimkine għall-okkażjoni. Awguri mill-qalb fl-anniversarju!