"3 Xhur Illum… Għadni Nistenniek Ġej Lura Mill-Isptar" – Matt Black

Il-kantant lokali Matt Black ftit tal-ħin ilu fakkar il-memorja tal-għażiż missieru li tilef tliet xhur ilu. Matt kiteb, “3 xhur illum. Jinħassu ħafna itwal… għadni nistenniek ġej lura d-dar mill-isptar.”

Il-kantant wara t-telfa ta’ missieru ħareġ il-kanzunetta Maria flimkien ma’ Dav Jr li ddominat fuq ir-radji lokali tul l-aħħar ġimgħat. Kanzunetta friska bi stil imitabbli ta’ Matt. Sinjal ċar li l-kantant kompla jikber u jiżviluppa fix-xena, ċertament li hemm missieru jsegwih f’kull pass li jagħmel.

Kuraġġ Matt! Naf li mhux żmien faċli imma ninsabu ċert li taf li issa għandek anġlu jsegwik u jagħtik daqqa t’id fejn hemm bżonn.





Facebook / Matt Black



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI