Wara daż-żmien kollu, il-kanzunetta X’Jimpurtani tal-kantawtur Philip Vella, għadha maħbuba mill-pubbliku. Ta’ dan Philip xtaq jirringrazzjah u juri l-gratitudni tiegħu, waqt li jġedded il-memorji tal-vidjo mużikali.
“30 sena wara, X’Jimpurtani għadha tindaqq aktar minn 400 darba fil-ġimgħa fuq Spotify ( għal total ta’ 22,000 sal-lum!) Mill-arkivji, qlajt il-vidjo oriġinali tagħha, sempliċi, maħsub biex iwassal messaġġ niggieżi u umoristiku fl-istess ħin. Nixtieq nirringrazzja lil kull min kien kellu sehem, biex din il-kanzunetta tibqa’ ħajja tul is-snin”
Prosit Philip u t-tim kollu!
View this post on Instagram