Tagħlaq Sninha L-Kantanta Lokali Federica Falzon! – Ambaxxatriċi Maltija Fil-JESC 2014

Federica Falzon

Illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta u attriċi bravissima Federica Falzon. Hi xeħtet xi ritratti għall-okkażjoni u kitbet li għalqet “tlieta u għoxrin.” Bosta awgurawlha fil-kummenti u anke xtaqulha l-isbaħ affarijiet.

Federica kienet irrappreżentat lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest lura fl-2014 bil-kanzunetta Diamonds.



Dakinhar klassifikat fir-raba’ post, riżultat tajjeb ħafna bla dubju. Dakinhar il-Junior Eurovision kien sar f’Malta wara r-rebħa ta’ Gaia għal Malta fl-2013.



Qasmet il-palk ma’ artisti stabbiliti bħal Joseph Calleja, u anke pparteċipat ġo festivals barra minn xtutna fosthom Sanremo D.O.C. Xi snin ilu rajnieha anke tinterpreta l-parti ta’ Sasha fis-serje ikonika ‘Division 7’ u aktar tard ħadet sehem anke f’Game Over.

Nawguraw lil Federica l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!



Ritratti:

Facebook/ Federica Falzon

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI