“33 Sena!” – Il-Kantawtur Lokali Mark Micallef Costa Jiċċelebra Għeluq Sninu

Mark Micallef Costa

Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu wkoll il-kantawtur bravissimu lokali Mark Micallef Costa. Lil Mark żgur li kulħadd ilu jsegwih għal snin sħaħ bħala parti mill-grupp lokali Sterjotipi.

Fost is-suċċessi tiegħu bħala solist tibqa’ l-kanzunetta Fuq Pultruna, li ħareġ f’Mużika Mużika – kitba u mużika tiegħu stess.

Mark ħa sehem anke f’L-Għanja tal-Poplu tas-sena l-oħra, flimkien mal-kantawtur brillanti, Mark Spiteri Lucas, bil-kanzunetta Skuri u Ċari.

Hekk kif bosta awgurawlu f’dan il-jum, Mark esprima l-apprezzament tiegħu fuq il-midja soċjali. “All the threes, 33 sena! Grazzi immens tal-messaġġi. Napprezzahom verament!”

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Mark f’għeluq sninu, u nixtiqulu ħafna saħħa, hena, suċċess u affarijiet sbieħ!







Ritratti:

Facebook/ Mark Micallef Costa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI