36 Jum Ieħor Huwa Jum Il-Milied … Hawn Min Beda Jżejjen?

Baqa biss ftit aktar minn xahar għal jum il-Milied, jum deskritt bħala l-isbaħ jum tas-sena għal bosta min-nies. Xi wħud diġa ħaru d-dekorazzjonijiet tal-Milied, fejn oħrajn jippreferu li jibdew iżejnu aktar lejn qrib il-Milied jew tal-anqas madwar l-ewwel jiem ta’ Diċembru. Biex inkunu bl-eżatt baqa’ biss 36 jum għall-jum il-Milied, jiġifieri nistgħu ngħidu li verament jinsab wara l-bieb.

Waħda mill-aktar affarijiet li n-nies iħobbu jużaw bħala tiżjin hijab la dubju ta’ xejn is-siġra tal-Milied, fejn din oriġinat ġewwa l-Ġermanja fi żmien ir-Rinaxximent.

Allura intom x’tippreferu? Tibdew iżżejnu minn issa jew inkella aktar lejn qrib il-Milied?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI