“38 Sena Wara Ma Nistax Nimmaġina Ħajti Mingħajrek Bro” – Keith Demicoli F’Għeluq Snin Ħuh Fabian

Keith Demicoli qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat lil ħuh, hekk kif fakkar ir-rabta speċjali li nħolqot bejniethom tul is-snin. B’mod sempliċi iżda li żgur jolqot fil-laħam il-ħaj, Keith ammetta li meta kien iżgħar mhux neċessarjament kien konvint li ried ħuh, iżda 38 sena wara, l-istorja hi kompletament differenti.

“Ma kontx ċert jekk ridtx ħija… imma 38 sena wara ma nistax nimmaġina ħajti mingħajrek bro,” kiteb Keith. Ftit kliem li fih innifsu jgħid ħafna dwar ir-relazzjoni li teżisti bejn iż-żewġ aħwa. Wara 38 sena ta’ memorji, esperjenzi u mumenti flimkien, illum Keith jgħid ċar u tond li ma jistax jimmaġina ħajtu mingħajr ħuh.

Messaġġ ħelu li żgur ħafna li għandhom ħuthom qrib qalbhom jistgħu jirrelataw miegħu! Nawgurawlu l-isbaħ xewqat u aktar snin ta’ memorji sbieħ flimkien!

Ritratti:

Facebook / Keith Demicoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI