Claudio Teuma Castelletti qasam messaġġ mill-isbaħ iddedikat lil martu fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha, fejn fakkar kemm hi persuna importanti f’ħajtu u fil-familja tagħhom.
“Boom! Hekk, f’ħakka t’għajn, għaddiet sena oħra u reġa’ wasal il-jum speċjali tiegħek, għeluq sninek,” beda jikteb Claudio, qabel ma ddeskriva lil martu bħala l-maħbuba tiegħu, omm ibnu, l-aqwa ħabiba tiegħu u r-ruħ sieħba tiegħu.
Hu kompla jirringrazzjaha tas-sapport kontinwu li tagħtih u talli dejjem tkun hemm għalih u għall-familja tagħhom. “Tibqa’ tissorprendini jum wara jum. Grazzi talli dejjem tagħtini s-sapport tiegħek u talli dejjem tkun hemm għalina,” kiteb Claudio.
Iżda fil-messaġġ tiegħu kien hemm ukoll ħjiel għal xi ħaġa ġdida li jidher li tinsab fil-qrib għal martu. Claudio awguralha għal “din l-avventura ġdida li se tibda dalwaqt”, filwaqt li qal li jinsab ċert li se tkun mill-aqwa f’dan il-pass ġdid.
Messaġġ sempliċi iżda mimli mħabba u apprezzament lejn il-persuna li Claudio jqis bħala s-sieħba tiegħu f’kollox. Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha u kull suċċess għal dak li ġej!