Dan l-aħħar l-attivista Christa Cilia kienet għaddejja bi tfittxija għal Bobs, li kien jinsab nieqes. Jidher li dan il-ġmiel ta' kelb irnexxielu jmur lura għandha waħdu!
"Bla kliem! Bobs ġie lura waħdu waqt li qed nagħmlu l-posters tiegħu biex inwaħħluhom ! Grazzi lil kulħadd tal-għajnuna tagħkom." Qasmet anke żewġ ritratti meħudin mal-wasla ta' Bobs.
Jidher ukoll biċ-ċar l-isforz kbir li kienet qed tagħmel Christa biex Bobs jinstab qawwi u sħiħ fil-ħin.