463 Passiġġiera Gawdew Mill-Flus Irkuprati – L-MCCAA Irkuprat Aktar Minn €135,000 Għall-Passiġġiera Li Kellhom Problemi Bit-Titjiriet Tagħhom

Fl-2024, 463 passiġġiera li kellhom titjiriet ikkanċellati jew imdewma irċevew flus lura grazzi għall-għajnuna tal-MCCAA. B’kollox, l-Awtorità rnexxielha tirkupra aktar minn €135,000 għal dawn il-każijiet.

Dan ġie rrappurtat waqt konferenza interna tal-MCCAA fejn ġie ppreżentat ir-Rapport Annwali tal-Awtorità. Matul is-sena, il-MCCAA qdiet mal-10,000 konsumatur u wettqet aktar minn 38,000 spezzjoni madwar Malta u Għawdex. Kien hemm ukoll aktar minn 800 ilment relatat ma’ prodotti mixtrija online minn barra, li ġew trattati permezz taċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur.





Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul faħħar il-ħidma tal-MCCAA fl-2024 u qal li ċ-ċifri jitkellmu waħedhom, hekk kif l-Awtorità kompliet tipproteġi d-drittijiet tal-konsumaturi u ttejjeb is-servizzi li toffri.

Il-konferenza serviet ukoll biex tenfasizza kif l-MCCAA qed toffri servizzi aktar aċċessibbli, tonfoq inqas ħin biex tirrispondi għall-ilmenti, u tkompli tibni fiduċja mal-pubbliku.

L-Eżekuttiv Chairperson tal-MCCAA, Carmen Ciantar, faħħret ix-xogħol tal-impjegati tagħha u qalet li l-impenn tagħhom qed jagħmel differenza reali fil-ħajja tal-konsumaturi ta’ kuljum.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI