“Awguri F’Għeluq Sninu Lis-Sur Lelio Spiteri… L-Iskola Tiċċelebrak Mhux Għall-Kortesija Iżda Għax Nixtiequ Nġibulek Tbissima Fuq Wiċċek.” – The Happy School

Lelio Spiteri

L-iskola The Happy School awgurat lill-Kap tal-Iskola tagħha, Lelio Spiteri, permezz ta’ messaġġ mimli apprezzament u affezzjoni li ġie ppubblikat fuq Facebook fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu.

Fil-messaġġ tagħha, l-iskola qalet li qed tiċċelebra lis-Sur Lelio mhux biss bħala ġest ta’ korteżija, iżda biex iġġib tbissima fuq wiċċu f’dan il-jum speċjali – l-istess kif hu jagħmel magħhom kuljum.

The Happy School faħħret ukoll il-preżenza pożittiva u l-impatt li Mr Spiteri għandu fuq il-komunità skolastika.

“Awguri għal għeluq sninek lis-Sur Lelio Spiteri, il-Kap tal-Iskola tagħna. L-iskola tiċċelebrak mhux għall-kortesija imma għax nixtiequ nġibulek tbissima fuq wiċċek f’dan il-jum speċjali, l-istess bħalma tagħmel int magħna lkoll kuljum.”

Il-messaġġ intlaqa’ b’reazzjonijiet pożittivi fuq il-midja soċjali, b’ħafna persuni jingħaqdu mal-awgurju lill-Kap tal-Iskola f’dan il-jum speċjali tiegħu fil-kummenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI