Ilbieraħ filgħaxija, il-kantanta Philippa Naudia, qasmet ritratt tassew ħelu. Ritratt ta’ bintha u binha flimkien mar-raġel tagħha. Ilbieraħ, il-koppja għalqu ħames snin miżżewġin. Ħames snin li fihom għexu diversi esperjenzi inkluż il-fatt li saru ġenituri.
Philippa tikteb, “X’taħlita sabiħa ta’ eċċitament, ferħ, għeja, frustrazzjoni, kuntentizza, kaos, sempliċità, daħk, dmugħ… L-ispettru kollu! Ninsab tassew grata! Lesta għas-snin li ġejjin… min jaf x’inhu ġej!”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lilha u lil żewġha ħafna aktar snin ta’ mħabba, ferħ u saħħa. Nittamaw li l-imħabba sabiħa tagħhom tibqa’ tikber aktar ma jgħaddi ż-żmien! Awguri mill-qalb!
View this post on Instagram
Instagram / Philippa Naudi