Illum, kontinġent imdaqqas ta’ 51 atleta Għawdxi qabdu triqithom lejn l-iskozja biex jirrappreżentaw lil Għawdex fil-Logħob Internazzjonalit al-Gżejjer. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qasam kelmtejn rigward dan.
Beda billi qal, “Illum, kontinġent ta’ 51 atleta qabdu t-triq tagħhom lejn Orkney, gżira fit-tramuntana tal-Iskozja biex jirrappreżentaw lil Għawdex fil-Logħob Internazzjonali tal-Gżejjer.”
Kompla billi żied jgħid, “Nawgura lil dawn l-atleti kull suċċess f’din l-avventura. Konvint li ser jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħmlu unur għalihom u għal Għawdex tagħna.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlhom minn qalbna!