Qed ngħixu f’dinja tal-Influencers! Issa iktar minn qatt qabel qed naraw personalitajiet jaqsmu ħajjithom fuq il-meżżi soċjali. Staqsejna lil finalisti tal-Għanja tal-Poplu u għednielhom jgħidulna liema hi dik il-persuna l-aktar li tammira.
Jidher ċar li 56% ta’ dawn il-kantanti għażlu lil ġenituri tagħhom!
Ishmael Grech kien skjett qalilna “Ġenituri”.
Jade Vella li hija t-tifla ta’ Janvil qalet… “Nammirah għax dejjem jistinka għal dak li jrid u dejjem jirnexxielu jwettaq dak li joħlom biħ”.
Kayley Cuschieri qaltilna kliem sabiħ fuq ommha… “Nammiraha għal paċenzja li għandha miegħi, ma' hija u ma' missieri u dejjem tpoġġi lilna qabilha”.
Janice Mangion ukoll semmiet lil ommha! “Minn dejjem għamlet diversi sagrifiċċji, kemm għalija kif ukoll għal oħti. Kien propju għalhekk li ħdimt il-kanzunetta Warda s-sena l-oħra għaliex xtaqt li niddedikalha kanzunetta”.
Francesca - “Ommi dejjem tara kif ħa tagħmilni kuntenta anke meta hi stess tkun għaddejja minn xi mument diffiċli”.
Cherylis - “Fil-ħajja personali ma nistax ma nammirax l-ommi, mara ta’ prinċipji u valuri li dejjem ħadmet għall-familja u tatni l-aqwa eżempji biex inkun il-mara li jien illum”
Rachell Lowell - “Diffiċli biex nagħżel persuna waħda biss, u b’hekk ikolli nsemmi ‘l ommi u ‘l missieri …Dejjem raw li nkun kuntenta u jgħinuni biex nirnexxi f’dak li nixtieq nagħmel”.
“Nammira l-mara li jkollha toħroġ taħdem u jkollha tlaħħaq mad-dar u mal-familja”. tgħidilna Ruth Portelli.
Laqtitna ħafna l-kumment ta’ Justine Bezzina. Din tgħidilna li tammira l-ommha għax “il-ħajja għaliha qatt ma kienet faċli kienet saħansittra tilfet lill Omma ta' eta' zgħira u rabbiet lil-ħuta iżgħar. nammira iktar għaliex għandha karattru sogħod u ma qatgħat qalba qatt.
Lil min għażlu l-oħrajn?
Għal Fabrizio l-aktar persuna li jammira hija… “dik Il-persuna li tkun kapaci terġa' tqum fuq saqajha u li tkun onesta, leali u taf tirrispetta lil dak li jkun”.
Nedved għażel lil Cristiano Ronaldo waqt li Dorcas qalet Adele. Phillp Vella għażel lil Mark Knopfler.
Maria Spiteri tiġi minn Renato! Qaltilna li tagħżlu bħala persuna li tammira għax … “Stilla fil-kant u veteran f’dan il-qasam iżda xorta baqa’ l-istess bniedem li dejjem kont naf u ħabbejt minn meta kont żgħira”. Tiddeskrivi lil Renato bħala… “Bniedem umli immens u jħobb ‘l kulħadd. Qalb tad-deheb u jħobb lill-familja tiegħu b’imħabba kbira speċjalment lilna n-neputijet tiegħu li tant jitpaxxa bina”.
Joseph Refalo qal li jolqtuħ n-nies li jafu jibbilanċjaw il-ħajja… “għax forsi jien mhux dejjem jirnexxieli. Infatti, jien togħġobni ħafna l-kantanta Kanadiża Celine Dion, mhux għall-vuċi tagħha pero għall-ħajjitha… kif għarfet tagħmel bilanċ bejn il-ħajja mużikali ma’ dik tal-familja”.
Mark Cachia qal li jammira lil Freddie Mercury …”apparti li kien kantant versatili immens - tant li l-vuċi tiegħu kienet tadatta minn stil rock sa klassiku, kien ukoll kompożitur ta’ bosta mill-kanzunetti li jien kont nisma’ f’żgħożiti”.