57 Sena Ilu Xxandar L-Ewwel Episodju Ta’ Scooby Doo – Kontu Tarawh?

Scooby Doo

Kien proprju bħall-bieraħ 55 sena ilu meta xxandar l-ewwel episodju ta' Scooby Doo li kien iġib l-isem ta' What A Night For A Knight.

Sal-2023 ġew irrekordjati aktar minn 420 episodju li flimkien laħqu madwar 500 miljun ruħ madwar id-dinja kollha.

Is-serje Scooby Doo kien parti mit-tfulija ta' bosta li kienu jsegwu l-istejjer tiegħu bil-ħerqa, bil-karattri ta' Scooby, Shaggy, Fred, Velma u Daphne jibqgħu ikoniċi.

Forsi waħda mir-raġunijiet għalfejn dan is-serje animat kien tant revoluzzjonarju huwa minħabba l-fatt li kien l-ewwel serje fejn id-dinja qatt rat karattru ta' kelb li jista' jitkellem.

Lura fis-snin 60, dan is-serje nħalaq b'rispsons għal kritika kontinwa li t-televixin Amerikan kien qed jirċievi dwar ammont eċċessiv ta' vjolenza fil-produzzjonijiet immirati lejn it-tfal.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI