“Fil-Politika Nistgħu Ma Naqblux, Iżda R-Rispett Għandu Dejjem Jibqa’” – Il-Membri Parlamentari Fleur Abela U Ian Vassallo Hagi Flimkien Lejn L-Afrika T’Isfel

Il-Membru Parlamentari Fleur Abela qasmet ritratt ħelu flimkien mal-MP Ian Vassallo Hagi, hekk kif it-tnejn jinsabu fi triqithom lejn l-Afrika t’Isfel biex jieħdu sehem fil-Konferenza tal-Commonwealth.

Minkejja li ġejjin minn naħat politiċi differenti, Abela għażlet li twassal messaġġ sabiħ dwar l-importanza tar-rispett u l-kollaborazzjoni. “Fil-politika nistgħu ma naqblux, iżda r-rispett reċiproku għandu dejjem jibqa’,” kitbet. “Illum, lil hinn mid-differenzi politiċi, ningħaqdu bi kburija f’responsabbiltà waħda: li nirrappreżentaw lil Malta tagħna.”

Sabiħ li naraw mumenti bħal dawn, fejn Membri Parlamentari lokali jħarsu lil hinn mill-kulur politiku u jaħdmu flimkien b’għan komuni. Fl-aħħar mill-aħħar, minkejja d-differenzi u d-dibattiti li jagħmlu parti mill-politika, ir-rispett lejn xulxin u l-ħidma għall-ġid tal-pajjiż għandhom dejjem jiġu l-ewwel.

Ritratti:

Facebook / Fleur Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI