Jekk tħobb il-kontenut Malti, din żgur li hi offerta li ta’ min jiċċekkjaha! Bħalissa tista’ tgawdi Tokis b’xejn għal tliet xhur sħaħ, u l-aħjar parti hi li lanqas għandek għalfejn tkun klijent ta’ GO biex tieħu vantaġġ minnha.
Kulma trid tagħmel huwa li tabbona għal GO TV, tirċievi l-login details u tniżżel il-GO TV app fuq id-devices li tixtieq. B’hekk ikollok aċċess għal 20 stazzjon Malti u Taljan, fosthom Tokis fuq stazzjon 100, kif ukoll għal-librerija on demand ta’ Tokis b’aktar minn 4,000 episodju ta’ drammi u programmi Maltin popolari.
L-istaġun il-ġdid se jġib miegħu aktar kontenut fuq Tokis, b’varjetà ta’ programmi ġodda li se jibdew jixxandru anke matul waranofsinhar.
Fost in-novitajiet hemm “X’Se Naqbad Nagħmel?!”, programm ġdid immirat lejn udjenza żagħżugħa u ppreżentat minn Zaira Ahar. Dan se jiddebutta esklussivament fuq Tokis mit-28 ta’ Settembru u se jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-18:50.

Tul is-sensiela, Zaira se tiskopri u tipprova attivitajiet u esperjenzi differenti li ż-żgħażagħ jistgħu jinvolvu ruħhom fihom. Minn arti, mużika u teatru sa xjenza, teknoloġija, kultura, ambjent, ħiliet prattiċi u volontarjat, l-idea hi li turi kemm jeżistu opportunitajiet interessanti lil hinn mir-rutina ta’ kuljum.
Fuq medda ta’ disa’ xhur mistennija jixxandru madwar 200 programm, bil-għan li ż-żgħażagħ jiskopru interessi ġodda, jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jsiru jafu aktar dwar l-għaqdiet u l-organizzazzjonijiet li joffru dawn l-opportunitajiet f’Malta.

U tista’ tibda ssegwi dan kollu mingħajr ma tħallas xejn għall-ewwel tliet xhur. Wara l-perjodu promozzjonali, GO TV jiswa €5.99 fix-xahar, u tista’ tikkanċella meta trid.
Għalhekk, kemm jekk trid tara “X’Se Naqbad Nagħmel?!”, kif ukoll drammi u programmi oħra li ssibhom fuq Tokis, tista’ tgawdi tliet xhur sħaħ b’xejn. Abbona għal din l-offerta hawn: https://www.go.com.mt/form/tokis-add-on-stepped-form/contact-details