Għal darb’oħra, minn ċelebrazzjoni ta’ jum għeluq snin tifla, ħareġ ġid kbir li se jgawdu minnu tant pazjenti. Dan hekk kif f’għeluq snin iċ-ċkejkna Julie, minfok rigali, inġabret donazzjoni sabiħa għal Puttinu Cares.
“€6,200 miġbura fil-festin ta’ jum għeluq snin Julia! Grazzi kbira lill-ġenituri meraviljużi tagħha, Dr. Keith u Dr. Yanica Debono, għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Minflok rigali, huma ġentilment talbu lill-familja u l-ħbieb biex jagħtu donazzjoni lil Puttinu Cares. X’ġest sabiħ ta’ mħabba u ġenerożità!”
Waqt li nawguraw mill-qalb lil Julia, nifirħu lilha u lill-familjari u ħbieb tagħga għal dan il-ġest mill-isbaħ!
Facebook/ Puttinu Cares