Ix-xabbatur Malti Nicky Ellul irnexxielu jilħaq il-quċċata tal-Lobuche East, in-naħa tal-Lvant tal-muntanja Lobuche li tinsab fin-Nepal. Huwa qed iħejji biex jixxabbat mal-muntanja Everest.
Il-quċċata tal-Lobuche East hija għolja 6,119-il metru mentri l-quċċata tal-muntanja Everest hija għolja 8,849 metru. Ellul ħa 3 sigħat u 30 minuta biex laħaq il-quċċata tal-Lobuche East. Għada t-Tnejn 20 ta’ April huwa mistenni jinżel fl-Everest Base Camp biex ikompli bit-taħriġ qabel it-tentattiv li jixxabbat mal-ogħla muntanja fid-dinja ‘l fuq mil-livell tal-baħar.
“Il-veduti huma sempliċiment tal-għaġeb u totalment jiswew l-isforz,” hu kiteb fuq il-Facebook tiegħu flimkien ma’ filmat.
facebook / Nicky Ellul