“36 Illum. Iva Ħi, Xjaħna Sena Oħra” – Joseph Ta’ Kapitlu Tlettax

Illum huwa għeluq snin Jospeh, ir-rapper ta’ Kapitlu Tlettax. Hu twieled fid-19 t’April tal-1990, u b’hekk illum hu għalaq 36.

“36 illum,” hu kiteb fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Kapitlu Tlettax, “Iva ħi, xjaħna sena oħra. Mhux biss numru. Hu dak kollu li għaddejt minnu. Ir-rebħiet, it-telfiet, u l-affarijiet li ħadd ma ra.”

“Nikber fil-kwiet, anke meta hemm storbju. Nibqa’ għaddej minkejja kollox. Grat lejn min kien hemm…u anke lejn min ma kienx. Kull wieħed kellu sehem.”

Hu kompla jgħid, “36, jinħass differenti. Inqas storbju, aktar ċarezza. Għadni nikber. Għadni bil-ġuħ.”







Ritratti:

Facebook / Kapitlu Tlettax

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI