Iċ-Ċiklist Malti Giovanni Zarb Qed Jivjaġġa Bir-Rota Fi Sqallija B’Risq Xelters Tal-Annimali

B'risq ix-xelters

Lura f’Diċembru li għadda ċ-ċiklist lokali Giovanni Zarb tkellem ma’ Gwida.mt dwar missjoni li jixtieq iwettaq b’risq xelters tal-annimali. Il-vjaġġ tiegħu beda fi tmiem il-ġimgħa.

It-tir hu li jiġbor il-fondi għal diversi xelters u santwarji lokali – li tant jaħdmu biex jgħinu lill-ħlejjaq innoċenti.

Minn Malta vjaġġa għal Trapani u minn hemm beda l-vjaġġ tiegħu bir-rota, bl-ewwel waqfa tkun Sciacca bejn wieħed u ieħor 100km bogħod.

Illum 19 t’April 2026, se jaqdef minn Sciacca sa Licata għal 110km. Għada l-20 t’April 2026 se jivjaġġa minn Licata għal Pozzallo, 110km. Imbagħad minn Pozzallo jerġa’ jinżel Malta.



Kemm hu sabiħ li nisimgħu b’tant persuni li permezz tal-passjoni tagħhom, jaħdmu biex jgħinu ħlejjaq innoċenti u komunitajiet li qed jiddedikaw ħajjithom għalihom.



Minn qalbna nifirħu lil Giovanni għal din l-inizjattiva ammirevoli li qed jaħdem fuqha, u nawgurawlu kull success.

Tista’ tgħin lil Giovanni jilħaq l-għan tiegħu, li jappoġġja xelters tal-annimali, billi tagħti donazzjoni tiegħek hawn taħt:



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI