65 Sena Ilu Ħalliena L-Poeta Malti Dun Karm Psaila

Il-paġna Cappella Musicale Diacono f’Malta fakkret il-65 anniversarju mill-mewt ta’ Dun Karm Psaila, poeta lokali li ismu jibqa’ mfakkar għal dejjem fl-istorja ta’ pajjiżna.

Spjegaw, “13 ta' Ottubru 1961 - Illum nfakkru l-65 anniversarju mill-mewt ta' Dun Karm Psaila, il-Poeta Nazzjonali. Kien fl'1943 li Dun Karm Psaila kien kiteb poeżija ad unur il-ħabib tiegħu, Mro Carlo Diacono, preċiżament f'għeluq l'ewwel sena mill-mewt tiegħu.”

Dwar Diacono hu kien qal, “Jien kont ammiratur kbir ta’ Diacono u l-mużika tiegħu kienet tgħaxxaqni.”

Il-poeżija tiegħu dwaru tintemm b’din l-istrofa, “Dawk in-noti ħelwin li tnisslu minnek. Hawn għadhom iżfnu fuq il-qabar tiegħek. Kif jagħmlu dawk tal-omm fuq il-benniena ta’ tfajjel rieqed.”

Ritratt:

Facebook / Cappella Musicale Diacono u Dun Karm Psaila

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI