“Bħal-Lum Sena Ilu Tlift Lil Ommi, U Onestament, Għadni Nsibha Diffiċli Nemmen Li M’Għadhiex Magħna” – L-Attriċi Deandra Agius

L-attriċi lokali Deandra Agius kitbet li llum hi ġurnata diffiċli għaliha u għall-familja tagħha.

Fuq il-paġna tagħha kitbet, “Illum mhux se nitfgħu filmati umoristiċi. Bħal-lum sena ilu tlift lil ommi, u onestament, għadni nsibha diffiċli nemmen li m’għadhiex magħna. Matul din l-aħħar sena, irnexxieli nżomm lili nnifsi aljenata b’diversi affarijiet, forsi biex ma naħsibx wisq dwar ir-realta` li tliftha.”

Spjegat li dawn il-filmati umoristiċi saru t-terapija tagħha biex tgħaddi minn mumenti diffiċli, iżda jiem diffiċli xorta jkollha u wara d-daħk ikun hemm mumenti fejn tħoss it-telfa ta’ ommha.

Żiedet tgħid, “Illum għandi bżonn pawża żgħira, ġurnata biex niftakarha u nħalli lili nnifsi nħoss dak li nħoss.”

Inżommuha fit-talb tagħna f’dan iż-żmien diffiċli.

Ritratt:

Facebook / Deandra Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI