Il-produttur lokali tal-mużika Simon Grech irringrazzja lis-segwaċi tiegħu talli awgurawlu f’jum għeluq sninu.
Beda billi kiteb, “Grazzi lil kull min ħa l-ħin biex jawgurali f’jum għeluq snini.” Spjega li din is-sena għażel li jiffoka fuq il-mużika biex jesprimi dak li l-kliem ma jistax.
Żied jgħid, “Il-mużika dejjem kienet parti minni, imma qed nagħżel li nagħtiha d-dixxiplina u l-ispazju li jistħoqqilha. Bdejt napprezza l-ħajja li bnejt, il-lezzjonijiet li tgħallimt, in-nies li verament huma importanti għalija, insir il-persuna li nixtieq insir. Inħoss gratitudni kbira għal fejn wasalt fil-ħajja, għal dak li għandi, l-isfidi li rnexxieli negħleb u dak kollu li għadu jrid jasal. Grazzi talli kontu parti mill-vjaġġ tiegħi.”
Nawgurawlu mill-qalb u nisperaw li kellu ġurnata mill-aqwa!
Facebook / Simon Grech