Graziana, il-kuġina tal-mibki Darren kitbitlu kelmtejn mill-isbaħ wara l-aħħar tislima tiegħu.
Hi kitbet fuq il-paġna tagħha, “Kemm kellek nies warajk illum, kuġġ... kemm ġew jagħtuk l-aħħar tislima. Kemm xtaqt li sibthom hemm f’ħajtek ukoll, meta kellek bżonn min ikun ħdejk, jisimgħek u jgħannqek miegħu. U kemm bqajt sabħ, Darr... ħarist lejk u ma stajtx nemmen li dik kienet l-aħħar darba li se narak. Kemm xtaqt nagħtik tgħanniqa oħra u nisma leħnek isejjaħli ‘Kuġġ’ għal darb’ oħra.”
Temmen kliemha, “Strieħ fis-sliem, Darren tiegħi. Se tibqa’ f’qalbi għal dejjem.”
Nagħtu l-kondoljanzi tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Niftakru niċċekkjaw fuq sħabna u l-familjari tagħna, għaliex il-ħarsien tas-saħħa mentali hi importanti daqs dik fiżika.
Facebook / Graziana Gerada