“7 Snin Ilu – L-Isbaħ Ġurnata Ta’ Ħajti – Meta Għidt L-Ikbar U Probabbli L-Iktar Iva Ċerta Li Qatt Għidt.” – Pamela

Il-kantanta lokali Pamela fuq il-mezzi soċjali kitbet fakkret il-jum li fih hi u żewġha Alex qalu iva lil xulxin.Hi tikteb, “7 snin ilu – l-isbaħ ġurnata ta’ ħajti – meta għidt l-ikbar u probabbli l-iktar IVA ċerta li qatt għidt. Kemm memorji indimentikabbli ta’ dik il-ġurnata – u l-bieraħ wara 7 snin erġajna rajna il-filmat tat-tieġ kollu; u mlejna ‘l qalbna b’ħafna ferħ, fost dmugħ li niżel b’emozzjonijiet sbieħ immens.”

Pamela żżid, “Iżda jien grata mhux għal dik il-ġurnata biss, imma għal kull ġurnata li nibqgħu nagħżlu lil xulxin. Il-ħajja tgħaddik minn għarbiel, u ċertu ġranet huma itqal minn oħrajn, iżda li nsibek dejjem hemm, ittini jdejk u sserraħli moħħi bil-kalma tiegħek li kollox ser jiġi f’postu – dik iżżommni fuq saqajja u b’għatx li nkompli ngħix siegħa b’siegħa bik maġenbi.”

Hi tkompli tgħid, “Forsi hawn min jarahom cliche dawn l-affarijiet, u mhux li nagħti każ ħafna, però huma dawn il-mumenti, u l-emozzjonijiet li jimlew il-fond tal-qalb, li jpoġġu l-moħħ f’serenità – u jien grata ta’ kull minuta li nqatta’ miegħek.”

Pamela żżid, “Bħalma dejjem ngħidu, Ġob spiċċa bla ‘job’ – għax il-paċenzja tiegħu kellek teħodha kollha inti bija – imma nispera li taf kemm inħobbok b’qalbi kollha, li int l-persuna li toħroġ l-isbaħ verżjoni tiegħi u kemm inti għalija PERFETT eżatt kif int!”

Hi ttemm bil-kliem, “Awguri sabiħ tiegħi – għal ħafna u ħafna aktar snin ta’ saħħa ħa ngawdik – għal ħajti kollha.”

Agħfsu hawn biex taraw il-filmat li qasmet Pamela: https://www.facebook.com/reel/2058209744941233







Ritratti:

Facebook / Pamela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI