7 Studenti Joħolqu Katina Tal-Ganċ Ta’ 504 Metri – Rekord Nazzjonali Ġdid

L-Iskola Primarja Dun Karm Psaila f’Ħaż-Żebbuġ kitbet isimha fil-ktieb tar-rekords hekk kif stabbiliet rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. Dan wara li seba’ studenti tal-primarja rnexxielhom joħolqu l-itwal katina tal-ganċ fl-inqas ħin, b’tul impressjonanti ta’ 504 metri li tlestiet f’8 sigħat u 24 minuta biss.



Ir-rekord ġie rikonoxxut minn The Malta Records, li kienu mistiedna mill-iskola biex jippreżentaw uffiċjalment dan il-kisba. L-istudenti li ħadu sehem huma Jerome Mifsud, Charlotte Mifsud, Paula Agius, Maya Dibben, Paula Angela Fenech, Khloe Vella u Nia Bonello.



Din l-inizjattiva mhux biss turi d-dedikazzjoni u l-ħiliet ta’ dawn it-tfal, iżda wkoll twassal messaġġ importanti dwar il-valur ta’ passatempi tradizzjonali. Minkejja l-avvanzi fit-teknoloġija, l-attività wriet li għad hemm spazju għal arti u snajja’ li darba kienu ferm popolari fil-ħajja ta’ kuljum.

The Malta Records irringrazzjaw lill-iskola u lill-istudenti kollha involuti għal din l-isfida kreattiva u ispiranti.



Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI