“Kieku Llum Għalaqtli 70… Nimmissjawk Wisq U Wisq.” – Il-Membru Parlamentari Naomi Cachia

Il-Membru Parlamentari Naomi Cachia qasmet messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali hekk kif ftakret f’missierha f’għeluq sninu. Hi rrakkontat kif kull fejn tmur tiltaqa’ ma’ nies li jfakkruha fih, u spiss jgħidulha kemm kien persuna maħbuba u ħabib ġenwin ma’ kulħadd.



“Kull fejn immur insib lil xi ħadd jgħidli ‘kemm kont ħabib kbir ta’ missierek’,” kitbet Naomi, filwaqt li żiedet li dan ifakkarha kemm kien persuna speċjali. B’messaġġ mimli emozzjoni, hija kompliet: “Kieku llum għalaqtli 70, happy birthday paps. Nimmissjawk wisq u wisq.”



Il-kitba tagħha laqtet qalb ħafna, b’diversi nies jesprimu s-simpatija u jaqsmu tifkiriet sbieħ tal-missier tagħha, li jidher li ħalla impatt pożittiv fuq ħafna nies. Insellmu l-memorja għażiża tiegħu!



Ritratti:

Facebook / Naomi Cachia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI