"7 Xhur Ta’ Mħabba" – L-MEP Alex Agius Saliba Jaqsam Ritratt Li Jdewweb Kull Qalb!

Seba’ xhur ilu, l-MEP Alex Agius Saliba u martu Sarah laqgħu fi ħdanhom lil binthom Amelia. Ilbieraħ Alex, biex jiċċelebra għeluq is-seba’ xhur taċ-ċkejkna qasam ritratt tassew ħelu tiegħu flimkien ma’ Amelia.

Amelia liebsa flokk bi żrinġ fuqu li jgħid seba’ xhur iżda t-tbissima tagħha żgur li tisraq l-attenzjoni kollha tar-ritratt. Mumenti bħal dawn żgur li jibqgħu speċjali għal kull ġenitur u naħseb żgur li mhux ħa jiddejaq Alex li bintu ħadet l-attenzjoni kollha din id-darba! Ħelwa wisq!

Awguri Amelia!





Facebook / Alex Agius Saliba



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI