Omm Grazielle Ta’ Love Island Tiċċelebra Għeluq Sninha

Fuq il-programm lokali Strada Rjali, Grazielle, parteċipanta fuq Love Island, flimkien mal-preżentatriċi tal-programm, taw sorpriża lil omm Grazielle f’jum għeluq sninha.

Il-preżentatriċi spjegat, “Ridna niġu naraw il-mummy ta’ Grazielle, u kumbinazzjoni llum tiċċelebra għeluq sninha, allura ħa mmorru ntuha sorpriża. Bħal ma kinitx taf li kont dieħla Love Island, illum ma tafx ukoll.”

Flimkien fetħu l-bieb tad-dar u bdew ikantaw il-kanzunetta assoċjata ma’ dan il-jum speċjali, flimkien ma’ kejk u xemgħa f’idejhom. It-tbissima ħelwa fuq fomm ommh, uriet kemm tapprezza dan il-ġest sabiħ.



Ommha ammettiet li meta Grazielle qaltilha li dieħla f’Love Island, inkwetat ħafna, imma qalet li nnutat kemm Grazielle kienet irrispettata kemm mill-kontestanti l-oħrajn u kemm mill-kontestanti ta’ barra.



Nawgurawlha l-isbaħ xewqat!



Ritratti:

Facebook / Strada Rjali u Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI