“Ġimgħa Ġdida Tfisser Personalitajiet Ġodda… U Argumenti Ġodda Dwar Jekk L-Ikel Kienx Imsajjar Biżżejjed Jew Iżżejjed” – Come Dine With Me Malta

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Come Dine With Me Malta, titħabbar ġimgħa ġdida ta’ parteċipanti, ikel, u kritika.

Kitbu, “Ġimgħa ġdida tfisser personalitajiet ġodda… u argumenti ġodda dwar jekk l-ikel kienx imsajjar biżżejjed jew iżżejjed. Min se jservi l-aqwa ikla u min se jservi l-aqwa kritika? Segwu Come Dine With Me Malta kuljum mill-Ħadd sal-Ħamis fuq TVM fid-20:45.”

Fil-filmat tinstema Eileen Montestin tispjega, “Lesti għal ikla mimlija drama, daħk, u kompetizzjoni? Min se jsajjar? Min ser jirbaħ dawk l-elf ewro?”



Nawguraw lill-parteċipanti tal-ġimgħa li jmiss. Ninsabu ħerqanin biex naraw x’ser jivvintaw, u l-ħbiberiji ġodda li se jinbnew!





Ritratti:

Facebook / Come Dine With Me Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI