“Awguri F’Għeluq Snin It-Tifla Sabiħa Tagħna Sarah” – Omm Sarah Bonnici B’Messaġġ T’Awgurju

Il-kantanta lokali Sarah Bonnici, li żgur mhijiex wiċċ ġdid għall-qarrejja tagħna tal-Gwida, illum qed tiċċelebra jum għeluq sninha.

Ommha l-għażiża, Evelyn Bonnici, kitbitilha messaġġ mill-qalb fuq il-paġna tagħha biex tawguralha f’din il-ġurnata speċjali. Hi kitbet, “Awguri f’għeluq snin it-tifla sabiħa tagħna Sarah. Aħna nħobbuk.”

Hi ppubblikat ukoll xi ftit ritratti ħelwin tagħhom mgħannqin flimkien, ritratti li jirriflettu l-imħabba ġenwina ta’ bejn din l-omm u bintha.

Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti t’awgurju mill-qalb.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata tant speċjali u nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha! Awguri għażiża Sarah!





Ritratti:

Facebook / Evelyn Bonnici

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI