75 Sena Mill-Mewt Ta’ Dr Giuseppe Agius Muscat Li Kien Jagħti Kura B’Xejn Lill-Maltin Fil-Gwerra

Bosta llum matul il-ġurnata fakkru l-memorja tat-tabib Malti Dr Giuseppe Agius Muscat li ħalla din id-dinja proprju 75 sena ilu. Dr Agius Muscat hu meqjus minn ħafna bħala eroj ta’ żmien il-gwerra.

Dan hekk kif hu kien jagħti l-kura mingħajr ħlas lil bosta Maltin li ma kienux jaffordjaw iħallsuha minħabba l-faqar u l-karestija li ħakmu lill-gżejjer Maltin fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-kompassjoni tiegħu ma kinitx tieqaf hemm għaliex fi żmien fejn id-diżabbiltajiet kienu meqjusa bħala tabù, hu mhux talli kien jitkellem dwar id-dinjità u r-rispett li persuni diżabbli jistħoqqilhom igawdu minnhom, iżda wkoll kien jara li jagħtihom l-għajnuna u l-kura li kellhom bżonn.



Illum il-ġurnata f’Ħaż-Żabbar hemm ukoll bust li jfakkar il-ħidma ta’ dan it-tabib Malti li l-kompassjoni tiegħu tant għenet ittaffi t-tbatija ta’ bosta Maltin fl-eqqel tal-gwerra.





Ritratti:

Facebook / Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar u Żabbar News

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI