Għalkemm għadna fl-eqqel tas-sajf, il-ġranet diġà bdew jiqsaru. Skont il-paġna It-Temp Madwarna, sal-lum, 30 ta’ Lulju, il-jum naqas b’37 minuta meta mqabbel mas-solstizju tas-sajf tal-21 ta’ Ġunju, l-itwal jum tas-sena.
Illum ix-xemx telgħet fis-06:07 u mistennija tinżel fit-20:08. Dan ifisser li meta mqabbel ma’ xahar ilu, ix-xemx qed titla’ 22 minuta aktar tard filgħodu, filwaqt li qed tinżel madwar kwarta qabel filgħaxija.
Minkejja li l-ġranet qed jiqsaru ftit ftit, is-sħana għadha ’l bogħod milli tħallina. Fil-fatt, It-Temp Madwarna qed tbassar li minn għada jibda perjodu ta’ sħana qawwija li mistenni jibqa’ magħna tal-inqas sal-festa ta’ San Lawrenz, fl-10 ta’ Awwissu.
Matul dan il-perjodu, it-temperaturi massimi mistennija jilħqu l-35°C, u possibbilment anke ftit aktar.
Fb/ Dwardu photography mill-paġna ‘It-Temp Madwarna’