Antoine U Solange Magri Jiċċelebraw L-Ewwel Għeluq Snin Ta’ Binthom Kate

Illum huwa jum tassew speċjali għall-familja ta’ Antoine u Solange Magri hekk kif iċ-ċkejkna tagħhom Kate, qed tiċċelebra l-ewwel għeluq sninha. 

F’messaġġ ħelu fuq il-midja soċjali, Antoine kiteb messaġġ fejn wera l-imħabba kbira li għandhom lejn binthom u kemm il-wasla tagħha ġabet magħha ferħ ġdid fil-familja.

“Kate tagħna llum tagħlaq sena. Inħobbuk bla qies, ċkejkna tagħna. Ġibt tant imħabba u ferħ lura fil-familja tagħna,” kiteb Antoine. Mument sabiħ għal Kate u l-familja tagħha, hekk kif qed jiċċelebraw din l-ewwel sena speċjali flimkien.

F’isem Gwida.mt, nawguraw lil Kate l-isbaħ xewqat f’għeluq l-ewwel sena tagħha, mimlija mħabba, tbissim u ħafna memorji sbieħ! 

Ritratti:

Fb/ Antoine Magri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI