Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan sellmet il-memorja ta’ Joseph Camilleri, magħruf ma’ ħafna bħala Joe, li ħalliena fl-età ta’ 73 sena.
Joe kien Bastjaniż ġenwin u persuna li għal snin twal tat sehemha fi ħdan is-soċjetà. Kien wiċċ familjari fil-każin, fejn kien jattendi ta’ kuljum u minkejja d-diffikultajiet fiżiċi tiegħu, kien dejjem lest li jgħin bl-aħjar mod possibbli.
Is-soċjetà fakkret ukoll kemm Joe kien jgħożż is-sens ta’ komunità fi ħdan il-Familja Bastjaniża. Saħansitra kien jiftakar l-għeluq snin ta’ diversi membri u anke ta’ membri tal-familji tagħhom. Joe baqa’ preżenza kostanti fil-każin sakemm saħħtu ppermettietlu u tul is-snin kiseb l-imħabba u r-rispett ta’ dawk li kienu jafuh.
Il-funeral tiegħu se jsir għada, il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Sebastjan, b’ċelebrazzjoni li tibda fit-8:30 ta’ filgħodu. Kondoljanzi lill-familja, qraba u lil dawk kollha li kienu jafu u jħobbu lil Joe. Jistrieħ fis-sliem!
Fb/ Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan A.D. 1862’s Post