“Nhar Il-Ħadd Tard Billejl, Sbieħ It-Tnejn Filgħodu Kkollassajt U Spiċċajt L-ITU… Ninsab Bilmod Nirkupra” – Charles Azzopardi

Charles Azzopardi

L-eks Membru Parlamentari Charles Azzopardi tefa’ post fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook fejn informa lis-segwaċi tiegħu dwar is-sitwazzjoni li jinsab fiha, wara li sfortunatament bejn nhar il-Ħadd u t-Tnejn kellu jiddaħħal fl-ITU.

Hu jispjega x’ġara hekk kif ma setax iwieġeb għat-telefonati li sarulu minn diversi.

“Nhar il-Ħadd tard billejl, sbieħ it-Tnejn filgħodu kkollassajt u spiċċajt l-ITU. Issa għall-grazzja t’Alla ħriġt mill-kura intensiva u ninsab bilmod nirkupra saħħti. Bħalissa fuq ordni tat-tobba lil saħħti rrid nagħtiha prijorita’ assoluta.”

Hu jirringrazzja lil dawk kollha li ħadu ħsiebu u bagħtu x-xewqat tagħhom għall-fejqan. Kuraġġ għażiż, u ħu ħsieb. Tinsab f’talbna.







Ritratti:

Facebook/ Charles Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI