Michael Piccinino għadu kif qasam mument personali u emozzjonanti fuq il-paġna uffiċjali tiegħu hekk kif fakkar anniversarju speċjali: seba’ snin minn meta adotta lill-kelba tiegħu, Pearl.
Fil-messaġġ tiegħu, huwa kiteb: "7 snin ilu adottajnik Pearl. Grazzi tal-imħabba kollha tiegħek u tal-ferħ li ġġib f’ħajjitna kuljum." Il-messaġġ ifakkar fir-rabta speċjali li tista’ tinbena bejn il-bniedem u l-annimal domestiku tiegħu, fejn l-imħabba u l-lealtà jsiru żewġ partijiet integrali mill-ħajja ta’ kuljum.
L-adozzjoni tal-annimali hija l-isbaħ ħaġa li wieħed jista’ jagħmel. Dan għaliex mhux biss tagħti ċans ġdid lill-annimal, iżda ħafna drabi ġġib magħha wkoll mumenti ta’ ferħ, kumpanija u mħabba bla kundizzjonijiet għal dawk li jieħdu dan il-pass.
Min-naħa ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Michael ħafna aktar snin ta’ mumenti sbieħ flimkien mal-kelba maħbuba Pearl.
Fb/ Michael Piccinino