Tony “The Strongman” Farrugia Jikser Rekord Dinji Ġdid Tal-Guinness Bi 15-il Repetizzjoni

Tony "The Strongman" Farrugia reġa' għamilha wara li kiser rekord dinji ġdid tal-Guinness waqt attività li saret qrib ir-Rotunda tal-Mosta.

F'din l-isfida, Farrugia deher jerfa' magna tal-ħasil (washing machine) u rnexxielu jwettaq dan bi 15-il repetizzjoni, aktar mid-doppju tar-rekord preċedenti li kien ta' 7 repetizzjonijiet.

L-atmosfera kienet waħda ta' entużjażmu, b'ħafna nies li nġabret biex issegwi mill-qrib dan it-talent straordinarju u jappoġġjaw lill-atleta Malti matul l-isfida. L-attività kienet organizzata b'risq Puttinu Cares u b'hekk ir-rekord ma kienx biss kisba sportiva iżda wkoll inizjattiva b'għan ta' solidarjetà u ġbir ta' fondi għal kawża importanti.

Prosit lil Tony Farrugia għal din il-kisba! Bla dubju kienet kisba oħra notevoli li kompliet tagħmel unur lil Malta.

Ritratti:

Fb/ Il-Mixja sar-Rebħa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI