Hekk kif beda x-xahar t'Awwissu, kif kien previst, it-temperatura reġgħet ġabet magħha mewġa ta' sħana madwar il-Gżejjer Maltin.
It-temp illum kien wieħed tassew xemxi u sħun, b'temperaturi li laħqu l-massimu ta' 35°C filwaqt li t-temperatura nħasset sa 42°C, skont il-paġna It-Temp Madwarna. L-indiċi UV illum kien għoli ħafna u laħaq il-livell 10 u għalhekk kien importanti li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa kontra x-xemx.
Ir-riħ kien ħafif għal moderat mill-Lbiċ (Forza 3) u matul il-lejl għandu jsir ħafif u varjabbli (Forza 2 sa 3). Il-baħar se jibqa' kalm għal ħafif.
L-inqas temperatura mistennija matul il-lejla għandha tkun dik ta' 25°C
Fb/ Ritratt ta’ Julia Bonett mill-paġna ‘It-Temp Madwarna’