Fran Farrugia ħabbret li se tkun qed tniedi grupp ta' sapport għal persuni ta' bejn il-25 u l-40 sena li qed jgħixu bil-kanċer, għaddew minnu jew qed jappoġġjaw lil xi ħadd għażiż matul il-vjaġġ tiegħu.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, Fran qalet li tixtieq toħloq spazju sigur u rilassat fejn in-nies jistgħu jitkellmu, jisimgħu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mingħajr biża' ta' ġudizzju.
Hija spjegat li wara d-dijanjosi tagħha bil-kanċer tas-sider fl-2023, sabet ħafna Appoġġ billi tkellmet ma' persuni oħra li għaddew minn esperjenzi simili.
L-ewwel laqgħa se ssir lejn l-aħħar ta' Awwissu filgħaxija. Fran enfasizzat li dan il-grupp huwa wieħed ta' sapport bejn il-parteċipanti u mhux sostitut għal kura jew pariri mediċi professjonali.
Fb/ Fran Farrugia