Yazmin, li żgur tafuha l-iktar bħala l-preżentattriċi kif ukoll kantanta, u Keith Panelli, DJ imsemmi ferm, illum qed jiċċelebraw ġurnata tassew importanti għaliex għalqu tmien snin flimkien.
Fuq il-paġna tiegħu ta’ Instagram Keith tefa’ filmat u ritratti tagħhom flimkien, u kiteb messaġġ biex jawgura lil martu fl-anniversarju minn meta bdew joħorġu flimkien.
“8 snin ilu tlabt lill-Mulej biex jibgħatli l-mara ta’ ħajti… Happy Anniversary reġina tiegħi. Inħobbok għal dejjem ta’ dejjem,” jikteb Keith. Bosta kkummentawlhom bl-awgurju tagħhom, kif ukoll ikkumplimentawhom.
Awguri mill-qalb lil din il-koppja ħelwa! Għal aktar snin sbieħ flimkien b’dak kollu li tixtieq qalbhom!
View this post on Instagram
Facebook/ Keith Panelli