“Illum Tinħass 26°C! Temp Bnazzi Iżda Pjuttost Imdaħħan” – It-Temp Madwarna

Minkejja r-riħ li ħakem l-aħħar ftit jiem, it-temperatura nħasset għolja ferm. Fil-fatt illum, it-temperatura ta’ 25°C se tinħass ta’ 26°C. Il-paġna tal-Faceboook It-Temp Madwarna tkellmu dwar dan.

“It-temp illum bnazzi iżda pjuttost imdaħħan u sħun,” huma kitbu. “Se jdur ir-riħ fit-tard. Ir-riħ moderat (F4) mil-Lbiċ (SW) li se jdur mill-Punent Majjistru (WNW) minn filgħaxija u jitqawwa (F5-6) tard mal-lejl. Il-baħar qawwi li se jsir ftit qawwi. L-ogħla temperatura llum hija 25°C u l-inqas illejla hija 13°C.”

“Se tinħass ta’ 26°C u l-inqas 11°C.”

Suppost jidher li l-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi jkunu aktar kesħin minn dawn l-aħħar jiem.





Facebook/It-Temp Madwarna/James Cutajar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI