Luke Chappell Bl-Ewwel Serata Mużikali Tiegħu

Luke Chappell ġibed is-simpatija ta’ bosta ammiraturi permezz ta’ X Factor Malta fl-istaġun li għadda. Iż-żagħżugħ spiċċa fil-ħames post u minn hemm ma ħarisx lura. F’numru ta’ gigs li kellu, anke grazzi għal X Factor, in-numru ta’ ammiraturi li għandu Luke hu wieħed impressjonanti!

Fuq X Factor Malta, rajnieh kemm-il darba jkanta materjal oriġinali tiegħu u jidher li wasal iż-żmien li nisimgħu xi ħaġa ġdida miż-żgħiru tal-X Factor. Head in the Clouds hija l-isem tal-kanzunetta li ħa jkun qed iniedi Luke Chappell ġewwa Storeroom, Ta’ Xbiex.

Hu ħa jkun akkumpanjat mill-produttur tal-mużika tiegħu, Peter Borg li ħa jkun qed idoqq il-kitarra. Bħala gig ħa tkun waħda intima mmens u wieħed jista’ jakkwista l-biljetti biex jattendi mill-Exotique jew billi jċempel fuq 7904 6677.

Il-mistoqsija tiġi weħidha! Meta? Luke ħaseb minn qabel, peress li serata hi waħda intima, għażel li jagħmel dan fuq żewġ ġranet – l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju u l-Ħamis 20 ta’ Ġunju fis-18:00! Ovvjament il-biljetti huma limitati u dak li jkun għandu jaħseb kmieni.

Awguri Luke, kurjużi biex nibqgħu nisimgħu materjal oriġinali minn tiegħek. Materjal li dejjem imiss il-qlub, għax hu materjal verament sinċier u miktub fuq esperjenzi personali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI