L-attriċi Nakita Grima qasmet messaġġ mimli mħabba f’għeluq snin missierha, li llum m’għadux magħha. Fost kliemha hi fakkret kif din il-ġurnata kienet dejjem tkun waħda speċjali għall-familja, mimlija tifkiriet sbieħ u ċelebrazzjonijiet.
Nakita ddeskriviet lil missierha bħala persuna unika li tul ħajtu xerred biss imħabba, ġid u ġenerożità lejn il-familja u dawk kollha li kellhom ix-xorti jafuh, filwaqt li rringrazzjatu tal-appoġġ u l-ħeġġa li dejjem offra lil kulħadd.
"Inħobbuk wisq. Postok f’qalbna ma jista’ jimlieh ħadd u xejn. Strieħ fis-sliem, Daddy," kitbet Nakita. Qasmet anke ritratt tal-familja għall-okkażjoni.
Insellmu l-memorja tiegħu.
Facebook/ Nakita Grima