Saint James Hospital Bl-Aħħar Teknoloġija Tal-Intelliġenza Artifiċjali Fl-Endoskopija Li Tgħin Lill-Professjonisti B’Riżultati Preċiżi

Saint James Hospital f’Malta qed jirrivoluzzjona d-dinja medika permezz ta’ teknoloġija avvanzata bbażata fuq l-Intelliġenza Artifiċjali (AI) fl-Endoskopiji. Din it-teknoloġija ġdida, li hija waħda unika f’Malta, qed tgħin lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa biex ikunu jistgħu jidentifikaw anomaliji b’aktar preċiżjoni, sigurtà, u affidabbiltà.

Skont studji riċenti, l-użu ta’ din it-teknoloġija qed jagħti riżultati 14% aħjar fil-qasam tal-identifikazzjoni ta’ anormalitajiet, li hu ta’ benefiċċju kemm għall-pazjenti kif ukoll għall-professjonisti tas-saħħa.

L-Intelliġenza Artifiċjali fl-Endoskopiji

Bl-użu tal-AI, it-teknoloġija tintuża biex tanalizza l-immaġini real-time meħuda matul l-endoskopiji u tgħin fid-dettaljar ta’ kwalunkwe tibdil jew anomalija li tista’ tidher fl-organi interni. Din is-sistema tippermetti lill-professjonisti jidentifikaw tibdil anke żgħir u diffiċli biex jiġi identifikat bil-għajn umana biss. Dan ifisser li hemm żieda fil-kwalità tar-riżultati u t-tnaqqis fir-riskji ta’ dijanjosi żbaljata jew ta’ kundizzjonijiet li jistgħu ma jinqabdux minn għajn komuni.

L-użu ta’ New White Light jagħti riżultati aktar dettaljati. F’Saint James Hospital jintuża dan id-dawl li jtejjeb il-kulur u b’hekk l-immaġini meħuda waqt l-endoskopiji ikunu iktar ċari. Din it-teknoloġija, b’kuntrast akbar u dettalji intensifikati, tagħti perspettiva aktar ċara tal-ħitan tal-organi, speċjalment fis-sistema diġestiva. Dan jippermetti lill-professjonisti jkollhom għodda aktar b’saħħitha biex jindirizzaw aktar preċiżament problemi tas-saħħa tal-pazjenti.





Benefiċċji għall-Pazjenti u Sodisfazzjon Garantit

L-inklużjoni ta’ din it-teknoloġija f’Malta toffri diversi vantaġġi għall-pazjenti li jkunu qed ifittxu dijanjosi preċiża u kura rapida. Grazzi għall-preċiżjoni u l-affidabbiltà akbar tar-riżultati, il-pazjenti jkunu jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet tas-saħħa aktar kmieni u b’aktar sigurtà, u b’hekk jiġu evitati kumplikazzjonijiet futuri. Interessanti huwa wkoll li l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri huma kompetittivi ma’ proċeduri simili fis-suq lokali, b’vantaġġ li min jagħmel dawn il-proċeduri f’Saint James Hospital qiegħed ikollu ċ-ċans li juża din it-teknoloġija ferm aktar avvanzata.

Kif Jinvolvu s-Sigurtà u l-Kumdità tal-Pazjenti?

Proċeduri endoskopiċi f’Saint James normalment jieħdu bejn 20 u 30 minuta u ħafna minnhom isiru taħt sedazzjoni totali, li tiġi amministrata minn anestesista kwalifikat sabiex il-pazjent ikun jista’ jgħaddi mill-proċedura b’aktar kumdità u sigurtà. L-anestesista jsegwi l-pazjenti mill-bidu nett. Dan il-livell ta’ kura jiżgura li kull pazjent ikollu esperjenza ta’ sedazzjoni sigura u kontrollata, waqt li l-professjonisti tas-saħħa jużaw teknoloġija avvanzata għall-aħjar riżultati dijanjostiċi possibbli.

Dan iżid is-sigurtà u l-kumdità tal-pazjenti, u jnaqqas il-livell ta’ stress assoċjat mal-proċedura. Kull min għandu assigurazzjoni tas-saħħa, dawn il-proċeduri fil-maġġor parti tagħhom huma koperti li jfisser li l-pazjenti jistgħu jkollhom aċċess għal kura ta’ kwalità għolja mingħajr piż finanzjarju żejjed.



Tim Imħarreġ u Unit Speċjalizzata

L-Isptar Saint James għandu tim imħarreġ fl-Endoskopiji li jmexxi dan il-Unit b’livell għoli ta’ professjonaliżmu u kura. Dan it-tim jassigura li kull proċedura tkun sigura u effettiva, billi jagħmel użu tajjeb mill-aqwa teknoloġija avvanzata disponibbli biex joffri l-aħjar riżultati possibbli għal kull pazjent.

Min Għandu Jagħmel Endoskopiji?

Studji speċifiċi juru li kull persuna ta’ ‘l fuq minn 45 sena għandha tagħmel endoskopija bħala miżura preventiva. Persuni li jesperjenzaw sintomi partikolari, bħal demm minn wara, anemija, bidliet fil-bżonnijiet naturali, għejja persistenti, telf ta’ piż mhux spjegat, jew li għandhom storja ta’ kanċer jew felul fil-musrana, jiġu normalment referuti mit-tabib jew is-specialista tagħhom biex jagħmlu endoskopija.

Dan jippermetti dijanjosi bikri u trattament ta’ kwalunkwe problema potenzjali tas-saħħa, li jistgħu jkunu importanti ħafna għal kura preventiva u ġestjoni aħjar tas-saħħa ġenerali. Felula li tinsab fil-musrana, jista’ jagħti l-każ li tifforma f’kanċer f’perjodu ta’ bejn ħames u għaxar snin, b’hekk test bħal dan kapaċi jsalvalek ħajtek. 

Bil-qafas teknoloġiku avvanzat u tim endoskopiku b’esperjenza, Saint James Hospital qed jagħti pass kbir ‘il quddiem fid-dijanjosi u trattament ta’ problemi tas-saħħa fl-organi interni. B’din it-teknoloġija unika, l-isptar mhux biss qed itejjeb ir-riżultati dijanjostiċi imma qed iżid ukoll is-sodisfazzjon tal-pazjenti, għal esperjenza ta’ kura tas-saħħa aktar sigura, preċiża, u komda.

Gwida.mt tkellem ma’ Brian Mifsud, il-Kap tal-Endoskopija fl-Isptar Saint James. Għal aktar dettalji dwar dan tista’ żżur is-sit tal-Isptar Saint James, billi tagħfas HAWN.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI